Sentenza sospiża għal Olandiż li weġġa’ uffiċjal tal-Pulizija waqt inċident fl-Ajruport

Aqra wkoll

Olandiż ta’ 30 sena ġie kkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin u mmultat €3,500 wara li ammetta li weġġa’ uffiċjal tal-Pulizija waqt inċident fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Xandor Joshua Smits kien mixli li ħebb għal uffiċċjal tal-Pulizija, bil-konsegwenza li sofra xi ġrieħi. Smits kien mixli wkoll li kiser il-paċi pubblika, li libes ilbies indiċenti u li kien fis-sakra. 

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni spjegat li l-każ seħħ fil-jiem li għaddew, meta l-Pulizija waslitilha informazzjoni li kien hemm persuna li kien qiegħed agressiv u li dan kien qiegħed iwaddab il-bagalji tiegħu lejn in-nies. 

Ingħad li meta l-Pulizija marru fuq l-imputat, dan ma’ kienx liebes flokk u li dak il-ħin l-uffiċjal tal-Pulizija mmultah. Kien hawn, fejn il-Prosekuzzjoni spjegat li Xandor beda jirreżisti l-uffiċċjali tal-Pulizija u ma’ riedx iħallas il-multa. 

Fil-Qorti, ġie spjegat ukoll li fuq il-post issejħet l-għajnuna mir-Rapid Intervention Unit. Kien waqt din il-kommossjoni li uffiċjal mara tal-Pulizija sofriet ġrieħi li eventwalment ġew iċċertifikati bħala gravi. L-akkużat ittieħed ukoll l-Isptar Mater Dei minħabba l-istat ta’ sakra li kien jinsab fih.

Min-naħa tagħha, id-Difiża ma’ għamlet ebda talba għal ħelsien mill-arrest, b’Xandor iwieġeb li huwa ħati tal-akkużi miġjuba kontrih. Il-Maġistrat Anne Marie Thake.

Il-Maġistrat Thake sabet lil Xandor Joshua Smits ħati tal-akkużi kollha u kkundannatu sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin flimkien ma’ multa ta’ €3,500 li tista’ titħallas fuq perjodu ta’ sena. 

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport