Thursday, April 18, 2024

ARA: Ħalbiet tax-xita bis-silġ fil-Marsa … nistennew aktar ħalbiet tax-xita

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

YouTube video

Hekk kif it-temperatura kompliet nieżla fl-aħħar jiem, b’temperatura li tbaxxiet sa 10 gradi, fl-aħħar ħin f’xi lokalitajiet madwar il-gżejjer Maltin niżlu ħalbiet ta’ xita bis-silġ.

Filmat u ritratti mibgħuta lil Talk.mt fl-aħħar ħin mill-Marsa juru ċertu ammont ta’ silġ li niżel wara ħalbiet ta’ xita fiż-żona.

Madanakollu skont tbassir maħruġ mill-Uffiċċju Meterjoloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta t-temperatura mistennija terġa’ tiżdied bi ftit biex tinħass sa 20 grad.

Fejn tidħol ix-xita, skont l-istess tbassir, bejn għada u l-Ġimgħa nistennew ħalbiet tax-xita iżolati sakemm bejn tmiem il-ġimgħa u t-Tnejn ikollna temp aktar xemxi.

Ekonomija

Sport