Tuesday, May 14, 2024

ARA: “L-importanti nieħdu pjaċir bejnietna u lil ħaddieħor inħalluh … dik l-ikbar arma tal-Ħamruniżi”

Aqra wkoll

“Aħna l-importanti nieħdu pjaċir bejnietna u lil ħaddieħor inħalluh. Aħna l-aqwa li nibqgħu magħqudin flimkien għax dik l-ikbar arma li jista’ jkollna l-Ħamruniżi”. Iddikjara dan Toni Attard f’filmat relatat mal-aħħar preparamenti għal wieħed mill-karrijiet taċ-ċelebrazzjonijiet tal-lejla.

Attard spjega li minkejja li l-finanzi huma daqsxejn problema, il-voluntiera jiġbru xi flus u qegħdin erbat iħbieb li jaħdmu ħafna tajjeb flimkien u minkejja ħafna xogħol u ħafna ħin, illejla jistennew ċelebrazzjonijiet kif jixraq.

Huwa qal li l-isbaħ ġurnata ta’ ħajtu kienet meta twieldet it-tifla u dan se jkun baby ieħor għax għalihom daqshekk jiswa l-Ħamrun.

Intant fi Triq San Ġużepp għaddejjin l-aħħar preparamenti b’armar ta’ kull tip bi stennija għall-ċelebrazzjonijiet ta’ kampjonat mingħajr restrizzjonijiet tal-pandemija wara tant snin. Dan hekk kif sentejn ilu, il-Ħamruniżi ħadu l-kampjonat waqt perjodu li fih il-firxa tal-virus kienet għadha titlob ċertu miżuri ta’ prekawzjoni kontra l-firxa tiegħu.

Sport