Saturday, May 4, 2024

“Fit-3:00 a.m irċevejt it-telefonata li kien ilni nistenna … dawn għalina eroj”

Aqra wkoll

“Sibt koperazzjoni kbira mill-Pulizija. Inzertajt uffiċjal li kien fuq patrol fis-Swieqi u ssuġġerieli nagħmel rapport ieħor fl-Għassa ta’ San Ġiljan. Kif wasalt u bdejt nispjegalhom, dawn tal-aħħar qaluli li kienu jafu bil-kelb mitluf u li kienu se jkunu iktar viġilanti waqt il-patrols. Xit-3:00 a.m irċevejt it-telefonata li tant kont qed nistenna”. Iddikjarat dan sidt il-kelb Charlie li kien mitluf u li saħansitra twaqqfet paġna fuq Facebook bil-għan li dan jinstab.

Hija kompliet biex tfaħħar lis-Surġent Parnis u lill-Kunstistabbli Chantelle li ħadmu flimkien biex il-kelb seta’ jinġabar minn ġo għalqa f’San Ġwann. Spjegat li minkejja li dan kien imbeżża’ ħafna huma rnexxielhom jikkalmawh u li minkejja li kien imfixkel, it-tgħanniq u l-imħabba li wrewh mill-ewwel beda jagħmel tiegħu.

Filwaqt li rringrazzjat lil kull min kien involut fit-tfittxija, hija temmet tissuġġerixxi lil min jibdel ir-residenza biex jgħin kemm jista’ jkun l-annimal tiegħu jidra l-post li għalih jista’ jkun stramb jew diffiċli għal ċertu jiem jew saħansitra ġimgħat.

Sport