Wednesday, March 27, 2024

ARA: Papa Franġisku jitlaq mill-Kongo u jasal fin-Nofsinhar tas-Sudan

Aqra wkoll

Papa Franġisku matul il-ġurnata tal-lum temm il-vjaġġ appostoliku li għamel fil-Kongo u beda vjaġġ ieħor fin-Nofsinhar tas-Sudan.

Minkejja l-età li għandu, il-Papa xorta waħda mexa mal-pjani kollha li kien hemm fil-programm, għalkemm kien il-ħin kollu jitnexxa fuq siġġu tar-roti.

L-ajruplan li abbord fuqu kien hemm il-Papa telaq mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Ndjili fil-Kongo għall-ħabta tal-10.39 (ħin lokali). Fuq l-istess ajruplan kien hemm aktar minn 70 ġurnalista.

Papa Franġisku għamel il-vjaġġ lejn il-Kongo fuq il-passi tal-Papa Ġwanni Pawlu II li kien żar il-pajjiż darbtejn fl-1980 u fl-1985.

Issa l-Papa se jkun qiegħed jagħmel 3 ijiem fis-Sudan .

Intant il-midja tal-Vatikan ħarġu filmat li fih hemm ġabra taż-żjara li l-Papa Franġisku għamel fil-Kongo.

Ekonomija

Sport