Wednesday, April 24, 2024

Mara u raġel iweġġgħu gravi f’inċident tat-traffiku f’Għajnsielem

Aqra wkoll

Tliet persuni kellhom jiddaħħlu l-Isptar wara li iktar kmieni llum, għall-ħabta tal-10:45 a.m., kienu involuti f’inċident tat-traffiku fi Triq Borġ Għarib, Għajnsielem, Għawdex.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn vettura Kia Pride misjuqa minn raġel ta’ 61 sena residenti n-Nadur u Toyota Tercel misjuqa minn mara ta’ 43 sena residenti x-Xagħra. Fit-Toyota kien hemm ukoll tifla ta’ disa’ snin.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti, u ambulanzi ħadu l-persuni kollha involuti l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura meħtieġa. Aktar tard, ir-raġel u l-mara ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi, filwaqt li t-tifla ma sofrietx ġrieħi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport