Thursday, April 18, 2024

Ħaddiem iweġġa’ serjament f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Marsa

Aqra wkoll

Għall-ħabta tas-1.30pm il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident f’sit ta’ kostruzzjoni viċin kumpless sportiv fil-Marsa.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari rriżulta li raġel ta’ 27 sena u residenti r-Rabat, ġarrab xi ġrieħi wara li waqgħu fuqu xi ħadid li kienu qegħdin fuq gaffa.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport