Monday, December 9, 2024

ARA: Tlieta jindarbu wara ħabta f’Ħal Għaxaq

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Tliet persuni kellhom bżonn osservazzjoni medika wara li aktar kmieni għall-ħabta tan-12:30 p.m kienu involuti f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Dawret Ħal Għaxaq f’Ħal Għaxaq.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Mazda Demio misjuqa minn mara ta’ 44 sena residenti San Ġwann u Mazda Demio misjuqa minn ġuvni ta’ 19-il sena residenti Ħal Kirkop. Fl-ewwel karozza kien hemm riekba tfajla ta’ 17-il sena residenti ż-Żejtun. Konsegwentament waħda mill-karozza mal-impatt baqgħet dieħla f’ilqugħ li hemm fil-ġenb tat-triq.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanzi li ħadu liż-żewġ persuni fl-ewwel karozza lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura neċessarja filwaqt li l-ġuvni ttieħed f’poliklinika. S’issa l-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport