Saturday, May 4, 2024

ARA: “Waqqafna l-katina ekonomika milli tinkiser billi ħadna deċiżjonijiet diffiċli”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministru tal-Ekonomija jsostni li l-miżuri li ttieħdu kissru l-aspettazzjonijiet negattivi tal-PN

Matul dawn l-aħħar xhur, pajjiżna, bħal bqija tad-dinja kellu jaffaċċja dik li qiegħda tkun deskritta bħala l-aktar żmien diffiċli sa mit-Tieni Gwerra Dinjija lil hawn. Huwa fatt li l-pandemija qatgħet saqajn diversi pajjiżi li minkejja r-riżorsi li għandhom ma rnexxilhomx jikkontrollaw il-firxa tal-pandemija filwaqt li jwieżnu liċ-ċittadini tagħhom. Tajjeb li wieħed jifhem li l-ekonomija tagħna ma tiddependix mis-suq lokali, u dak li jiġri f’pajjiżi u kontinenti ’l bogħod minna kien se jaffettwa lil pajjiżna wkoll. Il-pandemija bdiet tagħlaq il-bibien ta’ kumpaniji madwar id-dinja, minħabba li pajjiżna baqa’ joffri serħan il-moħħ kemm lill-ħaddiema kif ukoll lil min iħaddem, pajjiżna baqa’ jattira kumpaniji barranin li jaslu biex jinvestu f’pajjiżna.

Waqt intervista ma’ dan is-sit il-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija Silvio Schembri spjega li l-gvern Malti rnexxielu jżomm il-katina ekonomika maqgħuda. 

YouTube video

Il-Ministru spjega ma’ Talk.mt li din il-katina ma tista’ qatt tinkiser għax inkella jbati kulħadd u kien għalhekk li gvern Laburista ra li joħloq dan il-mudell li permezz tiegħu kulħadd jimxi ’l quddiem. Schembri żied jgħid li mhux kulħadd mexa ‘l quddiem bl-istess pass u għalhekk il-budget li jmiss se jkun qiegħed iwieżen lil dawk li b’xi mod jew ieħor qegħdin jibqgħu lura. 

L-isatatistika turi li n-nies qed jaqgħilu iktar u jikkomsmaw iktar xhieda tal-affluwenza ekonomika li hawn fil-pajjiż. 

“Bħala gvern ħriġna b’mudell li ma jiffukax fuq il-konsum biss, ma ninsewx li l-konsum tiegħi huwa l-introjtu tiegħek u li l-introjtu tiegħek se jkun il-konsum ta’ ħaddieħor.

L-istatistika turi wkoll li l-għadd ta’ nies jirreġistraw għax-xogħol qatt ma kien baxx daqskemm huwa llum. Mistoqsi dwar lejn xiex jatribwixxi dan is-suċċess, il-Ministru fakkar li skont rapporti Kummissjonati mill-Unjoni Ewropea kienu juru li ħaddiem minn kull erbgħa kienu se jitilfu l-impjieg tagħhom imma pajjiżna taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Robert Abela li ma beżax jieħu d-deċiżjonijiet irnexxielu jdawwar l-isfidi f’opportunitajiet.

“Tajjeb infakkru li l-Partit Nazzjonalista kien qal li aħna ħaljin u li meta ħabbarna ċertu miżuri qalu li għax il-Ministru għadu żgħir u ma jifhimx, li se nkissru l-pajjiż u l-Finanzi tal-pajjiż. Illum jirriżulta li l-miżuri li ħadna taw il-frott u r-riżultat li kellna bżonn”, kompla Schembri.

Fost miżuri b’saħħithom primarjament il-Covid Wage Suppliment li kien hemm perjodu fejn kienu qegħdin jingħataw €40 miljun fix-xahar. Il-Ministru żied jgħid li “Skont il-Partit Nazzjonalista fl-2013 il-pajjiż ma kienx jiflaħ għal roħs fil-kontijiet tad- dawl, miżura li kienet tistwa €80 miljun fis-sena aħseb u ara kemm kienu se jagħtu €40 miljun fix-xahar f’wage suppliment”.

Rigward id-diġitalizzazzjoni, il-Ministru qal li llum it-teknoloġija hija parti kruċjali mill-ħajja tagħna. Fakkar dwar episodju riċenti fejn kellek is-servizzi provduti minn Facebook li waqgħu għal ftit sigħat u n-nies bħal tfixklet u kien hemm minn ħassu maqtugħ. “Fiha t-tajjeb u l-ħażin tagħha stqarrija bħal din pero, li hu żgur huwa li fejn jidħol in-negozji, it-teknoloġija ġġibhom aktar effiċjenti, tnaqqsilhom l-ispejjeż u tiftħilhom aktar swieq ġodda.”, spjega Schembri.

Il-ħtieġa għal ekonomija ċirkulari qed dejjem tikber tant li fl-Unjoni Ewropea din qed tkun enfasizzata intensament. Il-Ministru spjega li l-ekonomija ċirkulari tidħol f’kull attività tista’ tgħid; mill-industrija tal-fish farming fejn għandek il-fdal tal-ħut li jista’ jiġi proċessat biex jiġi ġġenerat ikel għal annimali oħrajn, sa skart iġġenerat mill-iskart tal-kostruzzjoni tinħoloq riżorsa importanti u bżonnjuża ħafna oħra. Il-kunċett ta’ ekonomija ċirkulari b’hekk qiegħed jara li l-kunċett ta’ skart jinbidel f’riżorsa u b’hekk qegħdin naraw li dan il-kunċett ikun parti ċentrali mid-deċiżjonijiet li jridu jieħdu l-kumpaniji biex kulma jmur jonqos l-impatt ambjentali.

Mistoqsi dwar jekk humiex se jittieħdu xi miżuri biex iż-żieda fil-konsum ikollha l-inqas impatt fuq l-indiċi tal-prezzijiet, cioe l-għoli tal-ħajja, il-Ministru spjega li l-inflazzjoni tinqasam fi tnejn; dik li tiddependi mil-lokal/ domestiku jew dik impurtata. 

Il-Ministru qalilna li rajna li kien hemm prodotti li raw żieda fil-prezzijiet, primarjament fejn jidħol l-ikel. Ir-raġuni prinċipali hija li l-produzzjoni naqset minħabba l-pandemija u d-domanda żdiedet. Dan wassal biex il-materja prima minn barra u t-trasportazzjoni tal-prodotti żdiedet abbażi ta’ żbilanċ bejn id-demand u s-supply.

“Bħala gvern irnexxielna nikkontrollaw l-inflassjoni domestika u qegħdin nibqgħu nikkontrollawha. Hemm inflassjoni impurtata li l-gvern ma jistax jikkontrollaha, pero ma jfissirx li l-gvern mhuwiex se jagħmel miżuri biex iwieżen lil dawk l-aktar affettwati. Fil-fatt dan il-budget se jara li jindirizza din l-isfida wkoll”, tenna jgħid Schembri.

Sport