Saturday, December 21, 2024

Argument iħalli raġel ta’ 70 sena bi ġrieħi gravi

Aqra wkoll

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-5:30 p.m, il-Pulizija ġiet infurmata b’argument fi Triq is-Santwarju, Ħaż-Żabbar. 

Minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta’ 70 sena kien involut f’argument ma’ raġel ieħor  ta’ 27 sena. Iż-żewġt irġiel, it-tnejn residenti Ħaż-Żabbar stess sofrew xi ġrieħi u marru ġewwa  Ċentru tas-Saħħa u aktar tard l-Isptar Mater Dei għall-kura. 

Filwaqt li r-raġel ta’ 27 sena kien iċċertifikat bi ġrieħi ħfief, dak ta’ 70 sena kien iċċertifikat bi  ġrieħi gravi.  

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Ekonomija

Sport