Wednesday, January 1, 2025

“Assolutament inħobb lil Malta… dan il-post huwa wieħed speċjali”- Cascada

Aqra wkoll

Cascada – kantanta rinomata mad-dinja kollha b’diski ta’ suċċess liema bħalu fosthom ‘Everytime we Touch’ u ‘Evacuate the Dance Floor’. F’dawn l-aħħar jiem kienet f’pajjiżna fejn proprju lbieraħ kienet il-mistiedna speċjali waqt is-serata li mmarkat il-ftuħ tas-sena ġdida 2025 fi Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta. Dan il-ġurnal tkellem ma’ din il-kantanta b’mod esklussiv, fejn tatna dawn il-kummenti.

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-mużika?

Billi jien bint mużiċist tal-Jazz, id-dar tagħna kienet mimlija mużika minn dak iż-żmien li niftakar. Li nisma’ lil missieri jdoqq it-trumbon u l-pjanu kuljum kienet xi ħaġa kompletament normali. Ġurnata waħda skoprejt li l-istrument tiegħi kien il-vuċi tiegħi

Xi ngħidu dwar is-suċċess kbir tiegħek fil-ħajja?

Wara biss ftit snin kont ixxurtjata li nibtu diversi suċċessi fiċ-charts fl-industrija tal-mużika… għalhekk inqis lili nnifsi fortunata ħafna li għadni naħdem f’dan il-qasam sal-lum.

X’tista’ tgħid dwar Malta?

Jien qattajt ftit jiem hawn issa u assolutament inħobb lil dan il-pajjiż! Il-buzz, il-vibe, l-ikel, ix-xemx …. dan il-post huwa wieħed speċjali. Nista’ nimmaġina li se nibda niġi hawn aktar ta’ spiss fil-futur.

Kif rajt l-industrija tal-mużika tinbidel matul is-snin?

Insib li l-akbar bidla hija kemm din l-industrija nbidelt b’ritmu mgħaġġel – iż-żgħażagħ jimxu ‘l quddiem minn kanzunetta ġdida daqshekk malajr u jistennew dik li jmiss – dan iġiegħlek tħoss li għandek toħroġ mużika ġdida l-ħin kollu.

Kif qed tara l-futur tiegħek?

Ma rrid li jinbidel xejn f’ħajti bħalissa. Inkun fuq il-palk ħafna mill-weekends u għadni nħobb naħdem fuq mużika ġdida …. naħseb li għadni nibqa’ nagħmel dan għal ftit żmien!

Għaddi messaġġ finali lil dawk iż-żgħażagħ tiegħek li huma lesti li jibdew karriera ta’ suċċess fil-mużika bħal tiegħek.

Aħdem biex qatt ma taqta’ qalbek u tiżviluppa ġilda ħoxna … dan ix-xogħol mhux għal dawk b’qalb dgħajfa! Imma jekk tħobb dak li tagħmel u tkun passjonat dwaru u tkun lest li tagħmel sagrifiċċji, qatt ma tkun verament taħdem ġurnata f’ħajtek!

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport