Isaura Camilleri rebħet it-titlu nazzjonali tal-5km għall-ewwel darba fil-karriera tagħha bi prestazzjoni mill-aqwa f’Ta Qali, fil-ħames appuntament tal-istaġun tar-Road Running League ta’ Athletics Malta. Hija temmet f’ħin ta’ 17:37, quddiem Ritianne Zammit ta’ Pembroke Athleta b’17:44 u Roberta Schembri ta’ Evolve b’18:01.
Fost l-irġiel, ferħa doppja għaż-żagħżugħ ta’ 21 sena, Gabriel Farrugia meta mhux biss rebaħ it-titlu nazzjonali tal-5km, iżda wara l-ħames rebħa tiegħu f’dan l-istaġun assigura ruħu mir-rebħ tal-Road Running League għal dan l-istaġun. Il-ħin rebbieħ tiegħu, dak ta’ 14:26, fisser ukoll rekord nazzjonali ġdid fuq id-distanza, kemm fil-kategorija tal-kbar kif ukoll ta’ taħt it-23 sena. Simon Spiteri daħal fit-tieni post, b’14:33, biex l-atleta ta’ St Patrick jissieħeb ma’ Farrugia biex jikseb post fil-Kampjonati tal-Atletika tal-Pajjiżi ż-Żgħar. Luke Micallef ta’ Pembroke daħal it-tielet b’14:43.
Simon Spiteri ta’ St Patrick temm fit-tieni post b’14:33 u Luke Micallef ta’ Pembroke b’14.43s. Bit-titlu tal-irġiel issa mirbuħ, Aidan Tanti, Charlton Debono, Tommy Wallbank u Isaac Leo Attard se jkunu qed jissieltu bejniethom fl-aħħar tellieqa għat-tieni u t-tielet post.
Għall-kuntrarju, il-kampjonat tan-nisa għadu kompletament miftuħ, fejn Ritienne Zammit, Isaura Camilleri, Roberta Schembri u Rosalie Borg għadhom fiċ-ċans tar-rebħ. Kollox b’hekk se jiġi deċiż fl-aħħar tellieqa, dik ta’ 5k, organizzata minn Mellieħa AC fit-3 ta’ Mejju.
Fil-kampjonat tal-klabbs, fl-irġiel, Żurrieq Wolves saħħew posthom fil-quċċata, filwaqt li Mellieħa AC estendew il-vantaġġ tagħhom fuq Evolve Endurance Club fit-tieni post. Fost in-nisa, Pembroke jinsabu qrib li jiddefendu t-titlu tagħhom, b’vantaġġ sostanzjali fuq Evolve.
Mireya Bugeja tirbaħ tellieqa ta’ 1500m fl-Istati Uniti b’rekord ġdid
Intant, suċċess ieħor għal atleta Maltija barra minn xtutna b’Mireya Bugeja tirbaħ tellieqa ta’ 1500m f’North Carolina, waqt il-Wake Forest Invitational, fejn il-ħin ta’ 4:23.22, fisser ukoll rekord nazzjonali Malti ġdid ta’ taħt it-23 sena.
Atletika: Isaura Camilleri u Gabriel Farrugia jirbħu t-titlu nazzjonali tal-5k