Tuesday, April 21, 2026

‘L-għaqda u l-konsistenza l-ingredjenti wara s-suċċess ta’ Kalkara United’ – Jean Claude Annati 

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?

Minn ta’ etá żgħira kont nuri l-interess tiegħi lejn il-futbol u bl-għajnuna u l-kuraġġ li sibt mingħand il-ġenituri tiegħi iktar tfajt moħħni hemm. Missieri wkoll kien jilgħab u jsegwi l-futbol, u b’hekk mingħajr ma trid l-interess dejjem jiżdied. 

Iddeskrivi l-esperjenza preżenti tiegħek ma’ Kalkara United.

L-esperjenza tiegħi mal-Kalkara kienet waħda pożittiva sa mil-ewwel gurnata ta’ taħriġ. Il-plejers, kowċis, kumitat u membri tal-klabb kienu ta’ sapport sħiħ u llum il-ġurnata tista’ tgħid li sirna qisna familja. 

Ħa mmur mal-ewwel għall-punt. X’taħseb li kien is-sigriet tas-suċċess wara l-aħħar promozzjoni li ksibtu wara li rbaħtu n-National Amateur League 2?

Għaqda u konsistenza. Tim magħqud ħafna li nilagħbu bi grinta u għal xulxin. Bqajna konsistenti l-istagun kollu u naħseb li kien kampjonat meritat.

Kif tqis il-livell tan-National Amateur League 2?

Minkejja li l-Amateur League 2 huwa l-iktar diviżjoni baxxa fil-kampjonati Maltin nista’ ngħid li l-livell għola minn meta kont lgħabt l-aħħar fl-istess diviżjoni lura fl-2017. 

U dak tar-riżorsi (grawnds) fejn titħarrġu u tilagħbu l-logħob tagħkom?

Naħseb li bħala grawnds fejn jintlagħab il-kampjonat ukoll għola l-livell minn dak iż-żmien ;l hawn għaliex kien hemm xi grawnds li sarulhom manutenzjoni, peró, nemmen li hemm ħafna affarijiet x’isiru għall-ġid tal-futbol Malti.

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol fosthom l-istaġun li ġej ma’ Kalkara United FC?

Qed nieħdu pass pass. L-iktar importanti għalija hu li nkompli nitgħallem u nieħu pjaċir nilgħab, u naraw fejn iwassalni.

Mill-bqija, sakemm tagħtini saħħti, ninsab determinat li nibqa’ nilgħab il-futbol u niddedika kemm nista’ ħin biex ngħolli l-livell personalment. 

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jibda jilgħab il-futbol.

Il-futbol huwa sport sabiħ li bih tikber mentalment u fiżikament. Apparti li huwa sabiħ li tilgħab il-logħba hemm ukoll is-sodisfazzjon li ġġib magħha. Titgħallem ukoll tkun dixxiplinat u indipendenti, u b’hekk nagħmel kuraġġ speċjalment lill-plejers ta’ etá żgħira lil min hu interessat fil-futbol jaħdem biex fl-aħħar mil-aħħar jasal fejn jixtieq. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport