Tuesday, April 21, 2026

‘Nemmen li l-ikbar sigriet tas-suċċess kien l-għaqda kbira li kien hemm fid-dressing room’ – Juan Degiorgio

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?

L-imħabba tiegħi lejn il-futbol bdiet mill-etá ta’ħames snin meta bis-saħħa tal-genituri abbonawni mal- klabb ta’ Hibernians. Kelli ħafna ostakli fosthom diversi injuries peró l-imhabba lejn il futbol dejjem baqgħet hemm u għall-grazzja t’Alla illum il-ġurnata għadni nista’ nagħmel dak li nħobb.

Iddeskrivi l-esperjenza preżenti tiegħek ma’ Kalkara United.

L-esperjenza tiegħi ma’ Kalkara sa issa kienet  waħda qasira peró eċitanti ħafna. Dan għaliex ingħaqadt mal-klabb f’Jannar tal-istagun li għadda peró kelli injury li żammitni lura mill-futbol għal xejn inqas minn sena. Stajt nerġa’ ningħaqad mat-tim f’Jannar li għadda u minn hemm tajt sehemi biex inkunu nistgħu niksbu dan it-titlu.

Ħa mmur mal-ewwel għall-punt. X’taħseb li kien is-sigriet tas-suċċess wara l-aħħar promozzjoni li ksibtu wara li rbaħtu n-National Amateur League 2?

Ovvjament mertu l-ewwel imur għall-abiltá ta’ kull plejer tat-tim. Kellna skawdra kbira u kull plejer kien importanti. Madankollu, nemmen li l-ikbar sigriet tas-suċċess kien l-għaqda kbira li kien hemm fid- dressing room. F’kemm ili nilgħab ma’ din l-iskwadra nista’ ngħid li kien fost l-iktar magħquda, fejn kulħadd jilgħab għal xulxin, dejjem l-ewwel jiġi t-tim u l-iktar importanti r-relazzjoni tajba ħafna li kellna ma’ xulxin fil-pitch u barra minnu. Ma jistax jonqos id-dedikazzjoni u l-organizzazzjoni tajba li kien hemm mit-team manager, kowċis u kumitat li dejjem għamlu li setgħu biex jgħinu t-tim.

Kif tqis il-livell tan-National Amateur League 2?

Peressli l-livell tal-Premier qiegħed dejjem jogħla u qed jiżdiedu l-plejers barranin awtomatikament id- diviżjonijiet l-oħra qed jissaħħew bi plejers ta’ kwalitá. Nemmen li għalkemm huwa l-inqas diviżjoni f’Malta l-Amateur League 2 xorta hemm livell tajjeb ta’ futbol speċjalment fit-timijiet li jkunu qed jaspiraw li jiġu promossi.

U dak tar-riżorsi (grawnds) fejn titħarrġu u tilagħbu l-logħob uffiċjali tagħkom?

Bħala Kalkara, fortunatament għandna grawnd tagħna fejn nistgħu nitħarrġu kuljum bla problemi.

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol fosthom l-istaġun li ġej ma’ Kalkara United FC?

Nemmen li għadu kmieni peró  ħafna affarijiet jiddependu fuq l-aspirazzjonijiet tal-klabb għas-sena d-dieħla. Jaf jinbidlu ħafna affarijiet u l-istaġun li ġej inkunx mal-Kalkara jew le ma nkunx naf minn issa peró jien dejjem lest għal kull opportunitá li tinqala’.

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jibda jilgħab il-futbol.

Il-messaġġ tiegħi huwa li qatt mhu tard biex tibda u li jekk il-futbol huwa għal qalbek issa huwa ċ-ċans biex tagħmel dak il-pass għax ‘il quddiem ħadd ma jaf x’ostakli ħa jsib ma’ wiċċu li jistgħu jipprevjenu milli tkun tista’ tilgħab.  

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport