Minn Cristian Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?
L-imħabba tiegħi lejn il-futbol bdiet minn ta’ etá żgħira meta kont immur ma’ missieri u ommi nara lil Ħal Balzan jittrenjaw u jilagħbu.
Ħa mmur mal-ewwel għall-punt. X’taħseb li kien is-sigriet tas-suċċess wara l-promozzjoni li kisbtu bħala Balzan għall-Malta Premier bħala Champions?
Is-sigriet kien li bqajna naħdmu b’umiltá, ħadna logħba logħba u konna grupp ta’ plejers u staff magħqudin biex nilħqu għan wieħed … li nerġgħu nitfagħu lil Balzan fl-ogħla diviżjoni tal-futbol Malti.
X’tikkummenta fuq il-kowiċs Andrew Cohen u Bojan Kaljevic?
Huma kowċis bravi mmens li bl-esperjenza tagħhom bħala plejers naħseb li rnexxielhom joħorgu l-aqwa mill-grupp ta’ plejers li konna.
Kif tqis il-livell tal-futbol Malti fil-preżent, u kif rajtu jinbidel tul is-snin?
Naħseb li l-livell preżenti qed jitiieb u dejjem qed naraw timijiet iktar kompetittivi minn qabel.
Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?
Li nerġa’ nilgħab u nistabilixxi ruħi fl-ogħla Kampjonat Malti. Inħossni motivat biex nibqa’ nuri l-kapaċitajiet tiegħi.
Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.
Ibqgħu aħdmu sakemm tilħqu t-tragwardi tagħkom u l-unika risposta li tistgħu tagħtu lil ħaddieħor hi fil-pitch!


