Saturday, May 18, 2024

Azzjoni f’waqtha mill-pumpiera ssalva qattusa li nqabdet fuq siġra fix-Xewkija Għawdex

Aqra wkoll

Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili f’Għawdex dalgħodu kienu impenjati f’operazzjoni tas-salvataġġ wara li qattusa telgħet fuq siġra u ma setgħex tinżel lura.

Il-każ seħħ fil-bini tal-Annimal Walfare li jinsab fix-Xewkija.

F’kuntatt li għamel dan is-sit ma’ kelliem għall-Annimal Walfare f’Għawdex, qalilna li huma jagħlfu ħafna qtates fil-bini tagħhom, tant li għalhekk jiġu ħafna qtates mill-madwar biex jieklu.

Il-ħaddiema tal-Annimal Walfare malli lemħu l-qattusa fuq is-siġra ppruvaw jgħinuha tinżel, iżda bdiet tibża’ u minflok niżlet ‘l isfel telgħet aktar ‘il fuq. Dan aktarx minħabba li l-qtates li jkun hemm mhumiex mansi. Eventwalment l-unika triq possibbli kienet li jissejħu l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili biex isalvawha huma.

L-istess kelliem qal ma’ Talk.mt li kienet biċċa xogħol iebsa għall-istess ħaddiema minħabba li l-qattusa kienet imbeżżgħa ħafna. Għal din ir-raġuni, ġie deċiż li l-qattusa tinqabad f’kopp kbir u titniżżel minn fuq is-siġra.

Il-kelliem irringrazzja lill-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili f’Għawdex li marru fuq il-post fi ftit minuti u b’hekk il-qattusa setgħet tiġi salvata.

Sport