Monday, May 6, 2024

“Is-sitwazzjoni f’Bakhmut qed tkompli tiggrava”

Il-President Ukren, Volodymyr Zelensky

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Is-sitwazzjoni ta’ Bakhmut, belt fil-Lvant tal-Ukrajna li għal dawn l-aħħar sitt xhur kienet taħt attakki kontinwi, aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed tkompli tiggrava: “L-armata Russa kontinwament qed teqred kull tip ta’ provvista li nistgħu nużaw biex nipproteġu l-pożizzjoni tagħna f’din il-gwerra”.

Iddikjara dan il-President Ukren, Volodymyr Zelensky, ftit tas-sigħat ilu f’wieħed mill-messaġġi tiegħu ta’ filgħaxija. Filwaqt li qal li jinsab grat għall-Ukreni li qed jaħdmu qatigħ biex jirreżistu l-attakki ħorox tar-Russi f’Bakhmut, reġa’ appella biex jintbagħtu ajruplani tal-ġlied moderni sabiex l-Ukreni li jinsabu f’dan it-territorju jkunu jistgħu jkomplu jikkumbattu l-aggressjoni Russa.

Din mhijiex l-ewwel darba li Zelensky qasam il-ħsieb tiegħu dwar is-sitwazzjoni mwiegħra ta’ din il-Belt. Dan hekk kif, aktar kmieni dan ix-xahar, il-President Zelensky tkellem dwar it-tbatijiet u l-periklu kontinwu li qed isibu ma’ wiċċhom in-nies tal-lokal.

Sport