Tuesday, May 14, 2024

Barcelona jridu jiffirmaw żewġ players oħra

Aqra wkoll

Minkejja li jinsabu qrib kollass finanzjarju u eliminati mill-UEFA Champions League, Barcelona jrid jakkwistaw żewġ players f’Jannar li ġej.

L-għan tagħhom huwa li ma jispiċċawx l-istaġun b’idejhom vojta hekk kif issa jimmiraw li jisfidaw għar-rebħ tal-kampjonat domestiku, it-Tazza Spanjola u l-UEFA Europa League.

Għaldaqstant, il-bord, immexxi minn Jordi Cruyff u Mateu Alemany, se jipprova jsaħħaħ żewġ pożizzjonijiet ewlenin għal Xavi Hernandez: il-pożizzjoni ta’ difensur lemini u ta’ midfielder. Il-club għandu diversi kandidati fuq l-aġenda tiegħu.

Huwa identifika lid-difensur Diogo Dalot (Manchester United) u lill-midfielders Martin Zubimendi (Real Sociedad) u Bernardo Silva (Man City).

Sport