Sunday, May 5, 2024

Fl-aħħar sentejn 314-il persuna kienu dikjarati mhux fi stat li jivvutaw f’elezzjoni

Aqra wkoll

314-il persuna kienu meqjusa mill-Bord Mediku bħala votanti li ma kinux fi stat li jivvutaw fis-snin 2021 u 2022. Dan sar magħruf minn rendikont li ta l-Prim Ministru Robert Abela dwar deċiżjonijiet tal-Bord Mediku dwar votanti li ġew meqjusa li ma setgħux jivvutaw fis-snin imsemmija.

Il-Prim Ministru, li kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Rebekah Borg fisser fid-dettal x’tipprovdi l-liġi dwar l-Elezzjoinijiet Ġenerali u l-proċedura użata li biha jiġu evalwati pazjenti fid-Djar tal-Anzjani dwar il-kapaċità tagħhom li jivvutaw.

Huwa fisser li skont l-Artikolu 27 (3) tal-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali:  “Id-deċiżjonijiet tal-Bord Mediku li elettur ikollu inabilità tal-moħħ għandhom jittieħdu b’vot unanimu u għandhom jitwasslu bil-miktub lill-Kummissjoni li wara tgħarraf lill-elettur bihom.

Fil-każijiet kollha l-votanti ġew dikjarati li mhumiex fi stat li jivvutaw f’elezzjoni.

Sport