Barcelona jinsabu determinati li jiksbu s-servizzi tal-istilla ta’ Newcastle United Alexander Isak. Dan tal-aħħar għandu 25 sena u hu ta’ nazzjonalita’ Żvediża. It-tim immexxi minn Hansi Flick irid lil dan il-plejer biex isaħħaħ l-attakk u fil-fatt qed jaħsbu sabiex inaqqsu xi plejers fl-iskwadra sabiex ikollhom flus biżżejjed biex jixtruh.
Isak ilu ma’ Newcastle United sa mis-sena 2022 fejn skorja 48 gowl f’74 logħba.