Thursday, May 1, 2025

“Bejn din is-sena u s-sena d-dieħla se jitlestew investimenti f’pajjiżna li huma man-nofs biljun ewro”

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Bejn din is-sena u s-sena d-dieħla se jitlestew investimenti f’pajjiżna li huma man-nofs biljun ewro. Investimenti li se jfissru karrieri ta’ kwalità f’setturi strateġiċi bħat-teknoloġija diġitali, l-enerġija nadifa, farmaċewtika, manifattura avvanzata, medical devices, servizzi finanzjarji.

Dan kien il-messaġġ ewlieni fid-diskors li għamel il-Prim Ministru Robert Abela  quddiem folla kbira ta’ nies waqt l-attività politika tal-ewwel ta’ Mejju fil-Belt Valletta, fejn enfasizza li fost il-kumpaniji li qed jespandu hemm ST Micro Electronics, Baxter, Lufthansa Technick, Magro Brothers, Actavis, James Caterers u Gimas.

Il-PM Abela spjega kif dan imur id f’id mal-Viżjoni Malta 2050 fejn Malta timxi fil-progress ekonomiku u l-ġustizzja soċjali.

Il-Prim Ministru Robert Abela rrimarka kif kull investiment lejn Malta irid ifisser titjib fil-ħajja tan-nies u li għalhekk skontu llum għandna l-lussu li nagħżlu liema investiment jaqbel għal pajjiżna.

Fost id-diversi suġġetti li tkellem fuqhom Abela waqt id-diskors, tkellem dwar l-isports fejn saħaq li minn nhar il-Ħadd se tibqa’ titwettaq l-wegħda tas-sitt xhur gym b’xejn għal dawk iż-żgħażagħ li twieldu 2005, 2006, 2007.

Fl-istess waqt, il-Prim Ministru rrikonoxxa l-fatt li dan il-pajjiż li mexa ’l quddiem bis-saħħa tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin. B’referenza għall-PN, Abela qal; “Ħaddieħor jċekken il-kisbiet kbar li għamlu l-ħaddiema magħqudin, aħna nħarsu ’l quddiem għas-suċċess tal-lum u ta’ għada”.

Spjega kif il-gvern mmexxi mill-Partit Laburista u minnu se jkomplu jkun il-moviment tal-ħaddiema li flimkien se jkomplu jwettqu aktar għall-familji Maltin u Għawdxin.

Fid-diskors tiegħu, il-PM qal ukoll li se jkomplu jiġu aġġustati il-pensjonijiet ta’ dawk li twieldu qabel l-1962. Dan se jsir sabiex b’hekk tiġi eleminata id-diskriminazzjoni li kien ħoloq il-Partit Nazzjonalista. 

Abela qal ukoll; “F’Ġunju li ġej ukoll se jitħallas it-tieni pagament tal-benefiċċju addizzjonali għall-għoli tal-ħajja. Il-massimu li familja tista’ tieħu huwa ta’ €1,500 fis-sena. Fuq żewġ pagamenti din is-sena se nkunu qassamna kważi €50 miljun”

Enfasizza li l-moviment tal-ħaddiema se jibqa’ jġib bidliet li jwasslu għas-suċċess li jgawdi minnu kulħadd, prrimarjment bix-Xogħol li jwassal għall-ġid tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport