Wednesday, December 25, 2024

Beża’ li kieku baqgħet ħajja, kienet tmur għand il-Pulizija

- Jixhed spettur tal-pulizija fil-ġuri ta’ Laurence Abina

Aqra wkoll

Hekk kif ilbieraħ kompla l-ġuri ta’ raġel mill-Ghana, li qed jiġi akkużat bil-qtil tas-sieħba tiegħu Rita Ellul, xehed spettur tal-Pulizija li spjega kif Abina qallu li kien qatel lis-sieħba tiegħu għax beża’ illi kieku baqgħet ħajja, kienet tmur għand il-Pulizija. 

Il-Qorti spjegat kif il-qtil ta’ Ellul, imur lura għas-26 ta’ Frar ta’ sentejn ilu, fl-appartament tagħha f’Għajnsielem. Xehed ukoll l-Ispettur, Wayne Camilleri li spjega li waqt li kien għaddej bl-interrogazzjoni ta’ Abina, l-akkużat innifsu kien ammetta li qatel lis-sieħba tiegħu u lill-Ispettur Camilleri urih b’idjeh kif fgaha waqt li din kienet rieqda. 

L-Ispettur Camilleri spejga wkoll li l-akkużat kien spjegaluliwaqt li kien qed jivgaha, kien qed jirrealizza x’qed jagħmel u xtaq jieqaf, iżda imbagħad peress li kompla jivgaha, kien wasal f’punt fejn moħħu ħaseb li jekk jieqaf jivgaha, din kienet sejra għand il-Pulizija u hu jispiċċa l-ħabs. 

Il-prosekizzjoni qed tgħid li Abina tela’ fuq il-vittma Rita Ellul u għafas b’mod vigoruż ir-riġlejn fuq għonq il-vittma. Qed tgħid ukoll li waqt li Lawrence Abina kien qed jifga lill-vittma Rita Ellul, qamet ixxokkjata, madankollu ma setgħetx twaqqaf lil Lawrence Abina.

Il-Prosekuzzjoni qalet li f’dan l-attakk fuq Rita Ellul, Lawrence Abina rnexxielu jostakola n-nifs tal-vittma billi għamel pressjoni fiżika fuq għonqha li rriżultat fil-mewt tal-vittma Rita Ellul minħabba għafsa bi pressjoni manwali fuq l-għonq, magħrufa wkoll bħala strangolazzjoni.

Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Avukati Kaylie Bonett u Anthony Vella, filwaqt li l-Avukat Simon Micallef Stafrace qed jidher bħala avukat tal-għajnuna legali għal Abina. Il-ġuri qed jinstema’ quddiem l-Imħallef Natasha Galea Sciberras. 

L-Ispetturi Kurt Zahra, Josef Gauci u Wayne Camilleri kienu investigaw il-każ. L-Avukati Franco Debono u Marion Camilleri qed jidhru parte civile għan-nom tal-familja tal-vittma.

Ekonomija

Sport