Thursday, December 26, 2024

Binti tħares lejn ħuha bħala l-iktar ġawhra prezzjuza

Omm taqsam esperjenza dwar id-Down Syndrome

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

“Kemm kont żbaljata jaħasra, kemm nixtieq kont naf li llum ma joqogħdux mingħajr xulxin! Kemm kont niffranka dwejjaq żejda kieku kont naf li binti tħares lejn ħuha bħala l-iktar ġawhra prezzjuża li tista teżisti fid-dinja”.

“Meta kont qegħda naħseb għat-tieni tarbija, f’moħħi ħsibt li tkun idea tajba sabiex binti ma tibqax weħidha speċjalment meta aħna bħala ġenituri nikbru. Meta twieled ibni sirna nafu li twieled bid-Down Syndrome u għalhekk bdejt naħseb li flok ġie xi ħadd biex tilgħab miegħu, kien se jkun ta’ xkiel f’ħajjitha”.

Dan qalitu omm iċ-ċkejken Adam fuq il-mezzi tal-midja soċjali, fejn irrakontat li ftit wara li welldet lil Adam, minħabba l-kundizzjoni tad-Down Syndrome kellha ttmur l-Isptar, issiefer, tixtri diversi mediċini, terapiji u saħansitra anke NG tube. Qalet ukoll li kienet thewden ħafna dwar il-futur u ġieli kienet issaqsi anke lilha nnifisha jekk għamlitx sew li ġabet it-tieni tarbija.    

Enfasizzat il-fatt li minkejja li bintha taf, li ħuha Adam għandu l-bżonnijiet, dan ma jwaqqafiex milli tħobbu, tgħallmu  u tilgħab miegħu bil-paċenzja kollha. Temmet tgħid;”Ta’ aħwa li huma ġieli jiġġieldu wkoll pero kull filgħodu nirringrazzja l’Alla li ibni għandu lil binti bħala oħtu u ma nixtieq xejn differenti milli għandi”

Ekonomija

Sport