Saturday, December 14, 2024

B’investiment ta’ madwar €2.5 miljun bdew isiru operazzjonijiet li qabel ma kinux isiru f’pajjiżna 

Aqra wkoll

Id-Deputat Laburista Ray Abela sostna fil-Parlament li l-investiment li qed jagħmel il-Gvern fis-settur tas-saħħa huwa wieħed bla preċedent. Fil-fatt, huwa qal li l-vot totali għall-budget f’dan il-qasam huwa rekord ta’ aktar minn €1 biljun. F’10 snin, il-Gvern Laburista alloka tliet darbiet dak li għamlet amministrazzjoni nazzjonalista fl-2013.

Waqt id-diskussjoni parlamentari b’rabta mal-estimi finanzjarji għas-settur tas-saħħa, l-Onor. Abela rrefera għat-tekoloġija u l-innovazzjoni u kif jistgħu jintużaw mezzi diġitali, teknoloġiċi u innovattivi fis-saħħa. Dan għaliex fi kliemu stess “irridu naħsbu għall-futur.”

Huwa kompla billi tkellem dwar l-użu tar-robotika u l-intelliġenza artifiċjali fis-saħħa. Semma kif wara s-suċċess tal-użu tar-robotika fl-interventi fil-prostata, l-Isptar Mater Dei kompla jinvesti fit-taħriġ tal-professjonisti tas-saħħa fl-użu tar-robotika f’iżjed oqsma tal-kirurġija. 

Fil-ġimgħat li għaddew saru l-ewwel operazzjonijiet bl-użu tad-Da Vinci Surgical Robot waqt interventi fil-musrana u fl-istonku u fil-ġimgħat li ġejjin dan ir-robot se jibda jintuża għall-operazzjonijiet tal-kanċer ukoll.

Dan jippermetti lill-kirurgi jaħdmu b’iżjed preċiżjoni u jirnexxielhom jilħqu partijiet tal-ġisem li normalment ikunu diffiċli li topera fuqhom b’mod tradizzjonali. 

Din l-evoluzzjoni, minbarra investiment kapitali tirrikjedi wkoll investiment kontinwu fit-taħriġ tal-professjonisti. B’ riżultat ta’ dan l-avvanz, il-pazjenti se jkollhom kura tal-ogħla livell. 

Abela fakkar li b’dan l-investiment ta’ madwar €2.5 miljun, bdew isiru wkoll numru ta’ operazzjonijiet li qabel ma kinux isiru f’pajjiżna. 

“Huwa proprju dan il-vantaġġ ta’ dan l-investiment fejn kirurgi madwar id-dinja jistgħu joperaw pazjenti Maltin f’Malta b’mod virtwali. S’issa saru mal-50 operazzjoni bl-użu tar-robotika fl-Isptar Mater Dei, filwaqt li huwa mistenni li iżjed professjonisti jingħataw it-taħriġ sabiex jiżdiedu t-tipi ta’ operazzjonijiet li jsiru b’dan il-mod.”

“Bla dubju investiment ieħor li wiehed irid isemmi fil-qasam tal-IT fis-sahha huwa dak tal-My Health portal. Mis-sajf li għadda, kull pazjent Malti u Għawdxi seta’ jagħti aċċess immedjat lil tabib tal-għażla tiegħu, għall-istorja medika, permezz tal-portal online, MyHealth b’mod aktar spedit u effiċjenti.

MyHealth hija pjattaforma online aċċessibbli bil-Malti u bl-Ingliż, u hija servizz  li l-Ministeru tas-Saħħa jagħti b’xejn. Hawnhekk, wieħed jista’ sahansitra jara l-appuntamenti mediċi li jkollu, riżultati tad-demm, rapporti ta’ testijiet bħal X-Rays u CT scans, u vaċċini li jkun ħa tul ħajtu, fost servizzi oħrajn. 

“Dawn huma l-avvanzi li qed naraw permezz tat-tekonoloġija,” qal Abela. “Grazzi għal Gvern qed isir investiment kontinwu sabiex dawn is-servizzi online jibqgħu jiġġeddu u saħansitra jkunu aktar user friendly maċ-ċittadin.

“Huwa stmat li kuljum, aktar minn elfejn u ħames mitt (2500) ċittadin Malti jaċċessa din il-pjattaforma, flimkien ma’ aktar minn disa’ mitt (900) tabib fil-privat li wkoll għandhom aċċess għaliha.”

“F’dinja dejjem tevolvi u li ddur mas-servizzi diġitali, kemm huwa importanti li nkomplu ninvestu f’dawn is-sistemi sabiex nippromovu aktar l-effiċjenza u nnaqsu l-burokrazija f’kull settur.”

  • Kważi 190,000 persuna differenti daħlu f’myHealth bl-użu tal-e-ID tagħhom
  • 938 tabib   aċċettaw li jingħaqdu ma’ kwazi 193,000 pazjent.

Id-Deputat Laburista kompla jispjega kif l-Intelliġenza Artifiċjali (AI) għamlet avvanz sinifikanti fil-qasam tal-kura tas-saħħa, u revoluzzjonat il-mod kif il-kura tas-saħħa hija mogħtija, immaniġġjata u riċerkata. Elenka xi oqsma ewlenin fejn l-AI qed tagħmel impatt fil-kura tas-saħħa:

Immaġini Mediċi:

Huwa qal li l-AI tista’ tanalizza immaġini mediċi bħal X-rays, MRIs, u CT scans biex jgħinu fl-iskoperta ta’ mard u anormalitajiet. 

Dijanjostiċi:

L-AI tista’ wkoll tgħin fid-dijanjosi tal-mard billi tanalizza d-dejta u s-sintomi tal-pazjenti biex tissuġġerixxi dijanjosi potenzjali. 

Mediċina Personalizzata:

L-AI tista’ tanalizza d-dejta ġenetika, storja u klinika tal-pazjent biex tfassal it-trattamenti u l-mediċini għall-karatteristiċi uniċi tal-individwu, u ttejjeb l-effikaċja tat-trattament.

Analiżi fuq dejta:

L-AI tista’ tanalizza d-dejta storika fuq il-pazjenti biex tbassar mard, l-ħtiġijiet tar-riżorsi u medicina, u tgħin lill-isptarijiet u s-sistemi tal-kura tas-saħħa jippjanaw aktar. 

Assistenti tas-Saħħa Virtwali:

Chatbots u assistenti tas-saħħa virtwali jużaw l-AI biex jipprovdu lill-pazjenti b’informazzjoni, iwieġbu mistoqsijiet, u joffru pariri dwar il-kura tas-saħħa, u jtejbu l-involviment tal-pazjent. 

Remote Gadgets

Abela qal li dawn huma ‘devices’ li jintużaw mill-pazjenti mill-kumdità ta’ darhom sabiex jiccekkjaw perezempju l-livell taz-zokkor, cholesterol u l-pressjoni. Dawn id-devices, li hafna minnhom jinghataw b’ xejn ukoll mill-Gvern, fil-futur qarib jkunu jistgħu jittrażmettu r-riżultati direttament fis-sistema tas-saħħa fejn l-AI tkun tista’ tanalizza patterns u tipprevjeni sabiex il-pazjent jiġu nvistat minnufih u jinghata l-kura f’ waqta.

“Dawn l-avvanzi se jtejbu mhux ftit il-ħajja taċ-ċittadini tagħa u għalhekk, bħala Gvern kif qegħdin nagħmlu llum se nkomplu nagħmlu fil-futur,” tenna Abela.

Ekonomija

Sport