Monday, May 13, 2024

Raġel fil-periklu tal-mewt wara li  waqa’ minn fuq sellum

Aqra wkoll

Raġel ta’ 69 sena residenti ż-Żejtun jinsab fil-periklu tal-mewt wara li aktar kmieni llum għall-ħabta tal- 12:00 p.m waqa’ għoli ta’ madwar sular minn fuq sellum.

L-inċident seħħ f’residenza privata fi Triq il-Qadi fiż-Żejtun

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar għall-kura meħtieġa

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport