SWIEQI UNITED …………. 1
BIRŻEBBUĠA SP …………1
(B’Buga SP 7-6 bil-penalties)
Birżebbuġa St Peter’s kitbu l-istorja tal-club b’ittri tad-deheb hekk kif kisbu l-promozzjoni għall-Malta Premier League għall-ewwel darba fl-istorja tal-club meta lbieraħ rebħu l-promotion play-off billi għelbu lil Swieqi United 7-6 bl-għoti tal-penalties wara li temmew fi draw ta’ 1-1.
Kienet partita akkanita sal-aħħar u kienet ħasra li kien hemm tellief!
B’Balzan jirbħu ċ-Challenge League, dawn iż-żewġ timijiet spiċċaw fit-tieni post bl-istess ammont ta’ punti bil-konsegwenza li kien jeħtieġ li tintlagħab din il-play-off.
L-ewwel azzjoni waslet fis-seba’ minuta fejn Swieqi United ingħataw penalty meta Caceres deher jitwaqqa’ fil-kaxxa minn Bolanos.
Birżebbuġa pprotestaw għal din id-deċiżjoni fejn talbu li jiġi kkonsultat l-FVS u meta r-referee, Philip Farrugia, għamel dan huwa kkonferma d-deċiżjoni tiegħu … u mill-11-il metru Zak Barbara xeħet fis-saqaf tax-xibka.
Wara dan il-goal, il-players ta’ Birżebbuġa għamlu reazzjoni, fetħu pressjoni fuq il-lasti avversarji u ma kienet l-ebda sorpriża li, fit-28 minuta, huma kisbu d-draw meta mill-corner ta’ Alex Bruno, DANIEL ZERAFA, bir-ras għelbu lill- goalkeeper Timothy Aquilina.
Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Birzebbugia ħarġu ferm aggressivi u fit-52 minuta xutt ta’ De Souza ġie salvat bis-sieq minn Ellul Ruggier. Ftit wara fuq in-naħa l-oħra tal-pitch, Kian Leonardi għal Swieqi spara għoli minn qagħda ideali.
Fis-57 minuta xutt tal-awtur tal-ewwel goal ta’ Swieqi, Zak Barbara, ġie salvat mill-goalkeeper ta’ Birżebbuġa, Julian Azzopardi
Kuntrarju għall-ewwel taqsima, il-partita naqset ferm mill-intensitá u l-entużjażmu, bl-azzjoni sussegwenti tasal biss fil-75 minuta, bi Swieqi jitilfu ċans tad-deheb li jerġgħu imorru fil-vantaġġ bix-xutt ta’ Leonardi jiġi salvat minn Miguel Azzopardi minn fuq il-linja fatali.
L-iskor baqa’ ma nbidilx sa tmiem id-90 minuta, bil-partita jkollha tmur għall-ħin barrani
Fil-110 minuta, Birzebbugia tilfu ċans tad-deheb li jsibu x-xibka meta Alex Bruno De Souza Silva temm azzjoni personali billi għadda tajjeb lejn Leonardo Agius li minn taħt il-lasta għamel l-impossibli u tefa’ inkredibbilment barra.
U anke wara l-ħin barrani, l-iskor baqa’ l-istess, bil-partita kellha tmur għall-għoti tal-penalties.
Għal Birżebbuġa skorjaw Alex Bruno, Daniel Zerafa, Matthew Xuereb, Jacob Walker, Joe Vella, Leonardo Agius u Zach Cassar iżda falla Charles Chibuike.
Għal Swieqi skorjaw Juan Aguilar, Kean Leonardi, Augusto Caceres, Kojo Okle, Michael Micallef, u Daniel Agius iżda fallew Paul Fenech u Sam Okoh.
Swieqi U.: Timmy Aquilina (Kierin Ellul Riggier 51), Benjamin Hili (Michael Micallef 105), Juan Cruz Aguilar, Paul Fenech, Kian Leonardi, Isaac Thomas James Davey (Daniel Agius 116), Samuel Okoh, Zak Barbara (Lenny Mattocks 99), Lucas Okeke, Augusto Caseres, Ayrton Attard (Kojo Okle 99) – Coach: Liam Mangion
Birżebbuġa SP: Julian Azzopardi, Juan Andres Bolanos, Miguel Azzopardi, Hubert Vella Genovese (Jacob Walker 23), Matthew Xuereb, Duvan Torres (Charles Chibuike 106), Paul Lapira (Jamie Scerri 79) (Joey Reno Vella 93), Zachary Cassar, Leonardo Agius, Alex Bruno De Souza Silva, Daniel Zerafa – Coach: Edgar Degabriele
Referee: Philip Farrugia
assistenti: Jurgen Spiteri, Mark Ciantar
Raba’ Uff.: Daniel Portelli
Skorers: Z. Barbara 10 pen (SU); D. Zerafa 28 (BSP)
Ammoniti:T. Aquilina, B. Hili, P. Fenech, A. Attard, J. C. Aguilar (SU), J. A. Bolanos, D. Zerafa, M. Azzopardi, M. Xuereb, L. Agius (BSP)
Attendenza: 1,725


