Monday, May 13, 2024

Blackball: Birkirkara Youngsters jirbħu r-Regional Christmas Cup

Aqra wkoll

Birkirkara Youngsters rebħu r-Regional Christmas Cup meta fil-finali li saret fil-Fuego Speakeasy Arena huma għelbu lil Ħamrun 147 C 11-5.

L-ewwel parti tal-logħba kienet ferm bilanċjata b’Ħamrun li saħansitra kellhom vantaġġ ta’ 3-1 iżda bil-Karkariżi li rkupraw tajjeb u qalbu r-riżultat favurihom.

Hekk kif fit-tieni parti tal-logħba l-bilanċ baqa’ predominanti bl-iskor ikun dak ta’ 5-5, it-tielet parti kienet kollha favur Birkirkara Youngsters li rebħu frame wara l-ieħor għal skor finali ta’ 11-5.

Fi tmiem il-logħba, is-segretarju tal-Malta Blackball Association Christ Busuttil ippreżenta t-tazza lill-captain ta’ Birkirkara Youngsters Troy Zammit.

Sadanittant illejla tintlagħab l-aħħar finali mis-sensiela ta’ turnaments tal-Milied hekk kif fin-National Christmas Trophy, Ħamrun 147 A jilagħbu kontra Valletta Breakwater.

Sport