Friday, May 15, 2026

Blackball: Cospicua Rangers lura fl-ewwel post

Aqra wkoll

Cospicua Rangers telgħu fl-ewwel post tal-klassifika tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Blackball wara li għelbu lil Ħamrun 147 A 11-6. Il-Bormliżi għandhom 18-il punt, żewġ punti iktar minn Qormi Pinto A li jinsabu fit-tieni post.

Sadanittant, il-Ħamruniżi pattew għal din it-telfa wara li jumejn ilu għelbu lil Mrieħel Billiard House A 11-9.

F’sezzjoni A tal-Kampjonat Reġjonali, Qormi Pinto B għelbu lil San Ġwann Tiki Taka Boys 11-3 sabiex komplew saħħew l-ewwel post tal-klassifika.

F’sezzjoni B, Ħamrun 147 B għandhom rekord perfett minn tmien logħbiet għalkemm ma kellhomx logħba faċli kontra PL Balzan. Minkejja l-oppożizzjoni tal-Balzanin, il-Ħamruniżi rebħu 11-9. F’aktar riżultati, Siġġiewi Montekristo għelbu lil Birkirkara Youngsters 11-9 filwaqt li Selmun Sports Club A kisbu rebħa importanti ta’ 11-7 kontra San Ġwann Tiki Taka Spartans.

Sadanittant PL Floriana huma l-leaders ta’ sezzjoni A tal-Community League u dan wara li għelbu lil Siġġiewi Montekristo C 11-4. Kien hemm bilanċ assolut fil-logħbiet bejn Żebbuġ St Joseph B u Mrieħel Billiard House B kif ukoll f’dik bejn Cospicua Rangers B u Ħamrun 1889 Bar hekk kif l-iskor finali f’dawn iż-żewġ logħbiet spiċċa 10-10.

Mill-banda l-oħra, Birkirkara Juve għelbu lil Birżebbuġa St Peter’s B 11-5.

Finalment f’sezzjoni B tal-Community League, Ħamrun 147 D jinsabu fil-quċċata tal-klassifika. Huma għelbu lil PL Balzan B 11-8 u għandhom ħames punti vantaġġ fuq Birkirkara Boċċi li min-naħa tagħhom għelbu lil Żebbuġ St Joseph C 11-4. F’logħba bilanċjata, Siġġiewi Montekristo u Selmun Sports Club B spiċċaw fi draw ta’ 10-10.

KLASSIFIKA – KAMPJONAT NAZZJONALI

Cospicua Rangers A – 18-il punt, Qormi Pinto A – 16-il punt, Ħamrun 147 A – 13-il punt, Mrieħel Billiard House A – 7 punti.

KLASSIFIKA – KAMPJONAT REĠJONALI – SEZZJONI A

Qormi Pinto B – 22 punt, San Ġwann Tiki Taka Boys – 13-il punt, Ħamrun 147 C – 13-il punt, Valletta Fossa Boys – 9 punti, Żebbuġ St Joseph A – 7 punti, Domus Kids Żejtun A – 0 punti

KLASSIFIKA – KAMPJONAT REĠJONALI – SEZZJONI B

Ħamrun 147 B – 24 punt, San Ġwann Tiki Taka Spartans – 15-il punt, Birkirkara Youngsters – 15 -il punt, Selmun Sports Club A – 7 punti, Siġġiewi Montekristo A – 6 punti, PL Balzan A – 4 punti

KLASSIFIKA – COMMUNITY LEAGUE – SEZZJONI A

PL Floriana – 34 punt, Cospicua Rangers B – 32 punt, Birkirkara Juve – 30 punt, Ħamrun 1889 Bar – 25 punt, Birżebbuġa St Peter’s B – 17-il punt, Żebbuġ St Joseph B – 13-il punt, Selmun Sports Club C – 13-il punt, Siġġiewi Montekristo C – 9 punti, Mrieħel Billiard House B – 8 punti

KLASSIFIKA – COMMUNITY LEAGUE – SEZZJONI B

Ħamrun 147 D – 35 punt, Birkirkara Bocci – 30 punt, Siġġiewi Montekristo B – 28 punt, San Ġwann Tiki Taka Buddies – 28 punt, Selmun Sports Club B – 23 punt, Qormi Anici – 19-il punt, Birżebbuġa St Peter’s A – 13-il punt, Żebbuġ St Joseph C – 7 punti, PL Balzan B – 1 punt

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport