Friday, May 15, 2026

GREE Żurrieq Wolves Hotsticks għall-Polonja biex jieħdu sehem fil-Euro Hockey Challenge II

Aqra wkoll

GREE Żurrieq Wolves Hotsticks se jieħdu sehem fil-EuroHockey Club Challenge II Men 2026 li se jsir fil-belt Pollakka ta’ Torun, il-Polonja bejn il-21 u l-24 ta’ Mejju.

It-tim Malti jinsab fi Grupp B fejn se jaffaċċja lil Soroksari HC mill-Ungerija, HC Siauliai mil-Litwanja u Grammarians HC minn Ġibiltà. Skont ir-riżultati fil-grupp, il-Wolves se jilagħbu kontra tim minn Grupp A biex jiġu determinati l-klassifiki finali. Grupp A jinkludi Swansea HC (Wales), Valhalla Landhockey Club (l-Iżvezja), KS Pomorzanin Torun (il-Polonja) u Eagles HC minn Ġibiltà.

Għalkemm il-kompetizzjoni tippreżenta d-diffikultajiet tagħha, iż-Żrieraq immexxija mill-kowċ Arġentin Silvio Peralta, qed iħarsu ‘l quddiem biex ikollhom wirjiet pożittivi.

F’attività tal-klabb li saret fil-faċilitajiet taż-Zurrieq Wolves ASC, il-president Dr Andrei Imbroll qal li l-klabb għamel l-almu tiegħu kollu biex jipprepara għal dan il-vjaġġ u esprima fiduċja li l-plejers se jqumu għall-okkażjoni u jagħmlu l-aħjar użu minn din il-parteċipazzjoni.

Fil-preżentazzjoni tal-kits uffiċjali għat-tournament, Dr Imbroll irringrazzja lill-isponsors kollha għall-appoġġ tagħhom sabiex din il-mawra lejn il-Polonja se tkun possibbli.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport