Thursday, March 28, 2024

Bosta familji jevakwaw wara terremot fl-Indonesja

Aqra wkoll

Terremot ta’ 7.4 fuq l-iskala richter li laqat iż-żona barra mill-kosta ta’ Sulawesi fl-Indonesja wassal biex diversi persuni jevakwaw mir-residenzi tagħhom.

Skont ir-residenti nħassu theżżiżiet kbar, iżda skont l-ewwel rapporti jidher li fortunatament ħadd ma ndarab u l-ħsara kkawżata ma kinitx waħda estensiva. Aktar tard, fiż-żona nħarġet ukoll twissija ta’ Tsunami.

Intant filmati li nxterdu fuq il-midja soċjali kienu juru persuni fil-belt ta’ Makassar jiġru ’l barra minn ħwienet u binjiet. Filmati oħra wrew is-sitwazzjoni fi sptar f’Bantaeng fejn mat-twissija tat-terremot bosta dehru jiġru fil-kurituri.

Ekonomija

Sport