Sunday, December 22, 2024

Botta u risposta bejn tal-Iljun u tal-Istilla f’Jum Santa Marija f’Għawdex

Aqra wkoll

Kif jiġri kull sena, il-pika bejn iż-żewġ soċjetajiet mużikali fir-Rabat Għawdex tilħaq il-qofol tagħha fil-festa ta’ Santa Marija hekk kif fil-marċ ta’ filgħodu jgħaddi minn quddiem il-Bażilika ta’ San Ġorġ.

Minkeja li matul is-snin, il-pika naqset xi ftit xorta waħda ż-żewġ soċjetajiet jgħaddu botti u risposti lejn xulxin matul il-jum tal-lum.

Min-naħa tagħhom, il-partitarji tal-Iljun li jiċċelebbraw il-festa ta’ Santa Marija din is-sena ħarġbu b’diversi kartelluni li fuqhom kien hemm miktub fost oħrajn affarijiet li s-soċjetà tal-Istilla li tiċċelebbra l-festa ta’ San Ġorġ kellha tagħmel matul is-sena.

Ftit tal-ħin wara, l-Għaqda Żgħażagħ La Stella permezz ta’ post fuq il-midja soċjali tellgħu post miktub forma ta’ poeżija u anke ritratti miġbudin minn drone li juru n-nies li kien hemm għal uħud mill-marċi ta’ Santa Marija.

Din hija l-poeżija li nkitbet fuq il-profil tal-Għaqda Żgħażagħ La Stella:

Din is-sena waħda kbira,

Għax veru kellkom festa fqira,

Nies kien hemm ftit li xejn,

Tqabblu magħna mnejn sa fejn.

Tkażajtu bina għal żball mhux tagħna,

Żgur ma tistgħux tqabblu magħna,

Għax kemm mill-għoli u kemm mil-baxx,

F’Ta’ Gedrin nies ma tarax.

Ta’ filgħodu ma tistgħux issibu soluzzjoni,

Kull sena tibdlu l-pożizzjoni,

Erġajtu m’ għattejtux il-madum,

Magħna żgur m’hemmx paragun.

Iġru iġru ‘l fuq itilgħu

Ħalli tgawdu l-aħħar ħin

Qabel il-katnazz iddawru

U tispiċċaw imsakkrin.

Però li hu żgur li minn għada kulħadd jerġa’ lura għan-normal u r-Rabtin jerġgħu jkunu magħqudin fejn anke jidħlu fil-każini ta’ xulxin … u l-ħajja tkompli.

Ekonomija

Sport