Sunday, August 2, 2026
Home Sport Boxing: Ritorn trijonfanti għal Deontay Wilder

Boxing: Ritorn trijonfanti għal Deontay Wilder

0
779
Ritratt: Deontay Wilder Twitter

L-eks champion tad-dinja tal-heavy weight Deontay Wilder għamel ritorn trijonfanti wara assenza ta’ sena, meta ta knock out lill-Finlandiż Robert Helenius fl-ewwel rawnd.

Wilder għeleb lil Helenius wara biss żewġ minuti u 57 sekonda b’daqqa qawwija fil-wiċċ ta’ Helenius, u tejjeb ir-rekord tal-Amerikan għal 42 KOs.

“Kienet tassew serata mill-aqwa għalija,” qal Wilder.