Bugħaddasa li kienet qiegħda tipprattika d-delizzju tagħha fiċ-Ċirkewwa sabet ruħha f’diffikutajiet tant li kellhom jisejjħu s-servizzi tal-emerġenza.
Dan is-sit jinsab informat li hija tellgħet mill-baħar minn sħabha stess u nzerta li fuq il-post kien hemm żewġ tobba li mill-ewwel bdew jgħatuha CPR.
It-tobba rnexxielhom iġibu lura l-polz u baqgħu jassistuha sakemm fuq il-post wasal tim mediku b’ambulanza mill-Isptar Mater Dei.
Il-Pulizija ġew informati b’dan il-każ.

