Tuesday, July 21, 2026
Home Internazzjonali Burnham ineħħi l-miżura ta’ medja ta’ £45 fis-sena mill-kontijiet tal-enerġija

Burnham ineħħi l-miżura ta’ medja ta’ £45 fis-sena mill-kontijiet tal-enerġija

0
14

F’inqas minn 24 siegħa li ħa l-poter f’idejh, il-Prim Ministru tar-Renju Unit Andy Burnham ħabbar li kien qiegħed ineħħi “t-taxxa” fuq il-kontijiet tal-enerġija liema taxxa ġabet kritika kbira madwar il-pajjiż kollu.

Il-Prim Ministru ħabbar li mill-1 ta’ Ottubru li ġej se jkun qed ineħħi r-rata tal-VAT minn fuq il-kontijiet tad-dawl fid-djar u terġa’ tiġi kif inhi bħalissa ta’ 5%.

Bit-tneħħija ta’ din il-miżura, familja normali se tkun qiegħda tiffranka madwar £45 fis-sena.

Il-Gvern Ingliż qed jistma li din il-miżura matul din is-sena finanzjarja se tiswih £850 miljun u se tkun iffinanzjata mill-kanċellazzjoni tal-programm tal-ID Diġitali li kien se jiswa £1.8 biljun fi tliet snin li ġejjin. 

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here