Tuesday, July 21, 2026
Home Internazzjonali Mudella ta’ Miss Universe tinstab mejta f’appartament fil-Honduras

Mudella ta’ Miss Universe tinstab mejta f’appartament fil-Honduras

0
7

Wualys Fuentes Aquino, il-mudella ta’ 23 sena li ġiet  runner-up fil-kuntest ta’ Miss Universe Tegucigalpa ta’ din is-sena, instabet mejta mill-familjari tagħha f’appartament fil-Honduras.

Il-qraba tagħha bdew tfittxija għaliha hekk kif għal jiem sħaħ ma semgħu xejn dwarha. Kien f’mument minnhom li qarib tagħha mar f’appartament fejn Aquino kienet tgħix u hemm sabha bla ħajja.

Il-Pulizija tal-pajjiż qalu li kienu bdew investigazzjoni dwar persuna li nstabet bla ħajja fiż-żona residenzjali ta’ Altos del Trapiche fil-kapitali Tegucigalpa fil-Honduras.

L-Awtoritajiet qalu li se tkun l-awtopsja li se tgħid b’ċertezza kif mietet il-mudella, għalkemm s’issa ma huma jeskludu xejn.

Wara li ntemm il-konkors il-mudella kitbet fuq il-midja soċjali “illum ninsab grata ħafna li ġejt runner-up f’Miss Universe Tegucigalpa… Dan hu aktar minn titlu… jien offrejt il-mija fil-mija  tiegħi biex nirbaħ dan il-konkors.”

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here