Iċ-Ċentru Nazzjonali għat-Trasfużjoni tad-Demm qiegħed isejjaħ għall-bżonn urġenti tad-demm tat-tip O Positive.
Dan hekk kif ir-riserva tinsab f’livell kritiku, tant li jekk il-problema tkompli tippersisti se jkunu affetwati trattamenti serji.
Intqal ukoll, li gruppi oħra tad-demm huma meħtieġa wkoll u għalhekk minkejja li l-prijorità hija dan il-grupp, is-sejħa hija waħda miftuħa.
Iċ-Ċentru jiftaħ kuljum mit-8:00 a.m sat-8:00 p.m.
Iktar informazzjoni dwar l-għoti tad-demm tista’ tinkiseb minn www.blood.gov.mt jew il-paġna ta’ Facebook, https://www.facebook.com/bloodmalta.