Ċiklist iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku

Aqra wkoll

Dalgħodu, għall-ħabta tad-9.15am, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Ħal Qormi, Ħal Luqa.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u hemmhekk irriżulta li kien seħħ inċident bejn rota, li fuqha kien hemm raġel ta’ 71 sena residenti Ħal Kirkop, u Mercedes li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 24 sena residenti n-Naxxar.

Iċ-ċiklist ingħata l-assistenza minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport