Tuesday, April 23, 2024

Covid-19: Aktar fejqan milli każi ġodda; Il-każi attivi jinżlu taħt l-2,000

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Minn total ta’ 3,693 swab tests li saru fl-aħħar 24 siegħa nstab 111-il każ ġdid ta’ Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 199 persuna ddikjarati mfejqa fl-aħħar 24 siegħa. B’dan il-mod, il-każi attivi niżlu għal 1,972.

L-età medja tal-każijiet imħabbra lbieraħ kienet ta’ 33 sena.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll li hemm 36 pazjent li huma pożittivi u li bħalissa qed jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei. Minn dawn, hemm persuna li tinsab fl-ITU.

It-total ta’ mwiet baqa’ 423 wara li fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet irreġistrata l-ebda mewt.

Dwar l-għoti tat-tilqim kontra l-Covid-19, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-bieraħ ngħataw total ta’ 755,655 doża. Minn dawn 398,444 ħadu l-ewwel doża filwaqt li 379,016 persuna huma mlaqqma kompletament.

Ritratt: Roger Azzopardi

Sport