Wednesday, April 24, 2024

Cristiano Ronaldo se jkompli jkabbar il-familja

Aqra wkoll

Cristiano Ronaldo ħabbar li s-sieħba tiegħu, Georgina Rodriguez, hija tqila u qed tistenna tewmin.

L-istilla  ta’ Manchester United tella’ immaġni tiegħu u ta’ Rodriguez fis-sodda fuq Instagram u qalilha: “Ferħan li qed inħabbar li qed nistennew tewmin.

“Qalbna mimlija mħabba – ma nistgħux nistennew li niltaqgħu magħkom.”

It-twelid tat-tewmin se jara lil Ronaldo jsir missier ta’ sitt itfal.

Rodriguez kienet welldet tifla mingħand Cristiano bl-isem ta’ Alana, li għandha tliet snin filwaqt li  Ronaldo għandu tifel jismu Cristiano Jnr ta’ 11-il sena u t-tewmin Eva u Mateo, it-tnejn ta’ erba’ snin.

Minuti wara t-tħabbira fuq il-midja soċjali, ommu, Dolores Aveiro, kitbet fuq l-Instagram tiegħu: “Ħalli lin-neputijiet tiegħi jitwieldu b’saħħithom. Dak hu l-aktar importanti.”

Sport