“Dan il-proġett beda madwar nofs ix-xahar li għadda”

- il-Perit Raphael Abdilla u Deputat Uffiċjal Kap Eżekuttiv – Implimentazzjoni

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Ix-xogħol tal-estensjoni tad-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei beda u se јsir  b’investiment ta’ €120 miljun. 

Dwar dan minn aspett ta’ proġett tkellimna mal-Perit Raphael Abdilla beda biex spjegalna li dan il-proġett beda madwar nofs ix-xahar li għadda, jiġifieri saru ftit ġimgħat ta’ xogħol. Qal li inkixef il-blat u sar it-tħammil tas-sit, fejn ‘il quddiem se jkun qiegħed jitħaffer il-blat biex jinbena parti mill-proġett. 

Irrimarka li f’dan l-istess sit, it-tħammil sar il-preżenza tal-Arkeoloġi u li għalhekk il-pass li jmiss huma żewġ affarijiet. Ma’ dan il-ġurnal, il-Perit Abdilla spjega li l-ewwel ħaġa li se ssir hija struttura biex issaħħaħ is-sisien tat-triq li tmiss magħha, peress li eventwalment it-tħaffir fil-blat se jkun iktar fond minn dak eżistenti. 

Il-Perit tenna jgħid li se jkun qed isir ukoll l-istudju tal-blat, sabiex jiġu ffinalizzati id-disinji tal-pedament tal-istruttura l-ġdida. 

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport