Thursday, April 18, 2024

Dar mitluqa fil-Birgu rriġenerata għal skop soċjali

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes ħabbar li tlestew l-aħħar xogħlijiet f’dar fil-Birgu li ġiet irriġenerata biex issa tkun allokata għal skop soċjali.

Il-Ministru Roderick Galdes semma’ kif din id-dar tagħmel parti minn 15-il dar oħra li wkoll kienu abbandunati u li fuqhom għaddejjin xogħlijiet ta’ riġenerazzjoni biex jingħataw lura lis-soċjetà.

B’investiment ta’ kważi €150,000, din id-dar, li sa ftit xhur ilu kienet magħluqa u mitluqa, kienet irriġenerata u mgħoddija lill-Awtorità tad-Djar. Fid-dar saru xogħlijiet estensivi fosthom xogħlijiet ta’ dawl u ilma u tisbiħ ieħor bil-għan li d-dar iżżomm il-karattru Malti tagħha.

Il-Ministru Roderick Galdes stqarr li l-istrateġija tal-Gvern f’dak li għandu x’jaqsam akkomodazzjoni soċjali ma tieqafx biss mal-bini ta’ appartamenti ġodda. Huwa qal li l-investiment li sar f’din id-dar u li qed isir fi djar oħrajn jibgħat messaġġ b’saħħtu li rridu naraw aktar djar abbandunati jkunu utilizzati b’mod li joffru kenn lill-individwi u familji li jkunu fil-bżonn.

Ekonomija

Sport