Wednesday, April 24, 2024

Darts: Hamrun Bayern A jagħtu l-ewwel telfa lil Floriana Ajax A

Aqra wkoll

Ħamrun Bayern A taw wirja mill-aqwa sabiex għelbu lil-leaders Floriana Ajax A 6-2 u b’hekk tawhom l-ewwel telfa tal-kampjonat.

Kif mistenni, kienet logħba ferm akkanita b’Ħamrun li dejjem kienu fil-vantaġġ u bil-Furjaniżi li rnexxielhom iġibu d-draw għal darba darbtejn. Minkejja kollox lejn l-aħħar Ħamrun Bayern A ħadu r-riedni tal-logħba f’idejhom sabiex rebħu l-games ta’ wara u ħadu tliet punti importanti.

Fgura Kenky resqu viċin il-quċċata wara riżultat pożittiv ta’ 6-2 kontra Ħamrun Bayern B.

Education Bar iddominaw il-konfront kontra Top Gun Marsa tant li rebħu 8-0 filwaqt Manchester Conquest Pub għelbu lil Sliema Inter Darts Club 5-3.

Fit-tieni diviżjoni, jidher li se jkun hemm taqtiegħa bejn Birżebbuġa Lions u PO’s Bar li jinsabu fl-ewwel żewġ postijiet tal-klassifika u kisbu wkoll rebħiet tajba.

Birżebbuġa għelbu lil Floriana Ajax B 6-2 filwaqt li PO’s Bar għelbu lil Beland Żejtun bl-istess skor.

Cox Bar xejn ma sabuha faċli biex jiksbu t-tliet punti wara rebħa ta’ 5-3 kontra Mqabba tal-Ġilju.

Finalment mit-tielet diviżjoni, Mqabba FC kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun wara li għelbu lil Leah’s Bar 6-2.

Kien reġistrat skor ta’ 4-4 fil-logħba bejn Żebbuġ Rangers u Duke’s A u anke fil-konfront bejn Duke’s B u Birgu Boċċi Club.

Sport