Thursday, April 18, 2024

Darts: Iż-żewġ timijiet tal-Ħamrun fuq quddiem

Aqra wkoll

Iż-żewġ timijiet mill-istess lokalita’ iġifieri Ħamrun Bayern A u Ħamrun Education Bar telgħu fl-ewwel post tal-klassifika tal-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tad-darts meta rebħu l-logħbiet importanti tagħhom.

Ħamrun Education Bar kellhom wirja kbira kontra Floriana Ajax A tant li rebħulhom 5-3. Kienet logħba ferm bilanċjata biż-żewġ naħat li alternaw il-vantaġġ tagħhom fejn sa tmiem is-sitt game l-iskor kien 3-3.

Madankollu l-Ħamruniżi rebħu ż-żewġ games deċiżivi sabiex ħadu tliet punti ferm importanti għall-għanijiet tagħhom.

Ħamrun Bayern A għelbu lit-tieni tim tagħhom Ħamrun Bayern B 6-2. Ir-rebħa qatt ma kienet fid-dubju għat-tim A li fetaħ vantaġġ tajjeb u baqa’ konsistenti sat-tim.

F’logħba ferm interessanti, Fgura Kenky ġew miżmuma fi draw ta’ 4-4 kontra Sliema Inter Darts Club. Dawn tal-aħħar minkejja li mhux dejjem qed ikunu konsistenti fil-logħob tagħhom, ipproduċew wirja tajba kontra l-Fgurin sabiex ħadu punt importanti.

Anke Manchester Conquest Pub daħlu biċ-ċans li jkomplu jissieltu għar-rebħ tal-unuri wara rebħa tajba ta’ 6-2 kontra Marsa Top Gun.

Mill-kampjonat tat-tieni diviżjoni, Beland Żejtun irreġistraw ir-raba’ rebħa staġjonali wara li għelbu lil Fgura Maypole 6-2 filwaqt li PO’s Bar Gudja resqu viċin il-leaders Birżebbuġa Lions wara rebħa ta’ 5-3 kontra Mqabba Tal-Ġilju.

It-tielet diviżjoni qed jiżvolġi wkoll f’kampjonat ferm interessanti bil-leaders jibqgħu Birgu Boċċi Club li ma sabuhiex daqshekk faċli jirbħu lil Leah’s Bar 5-3.

Juventutis Domus baqgħu żewġ punti bogħod mill-Ġirbin wara li ftit sabu diffikulta’ sabiex jegħlbu lil Mqabba 7-1 bi Duke’s Bar A li għelbu lit-tieni tim tagħhom Duke’s Bar B bl-istess skor.

Ekonomija

Sport