Monday, April 29, 2024

“Diġà hemm interess kbir fil-MICAS” – il-Ministru Owen Bonnici

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fil-Parlament illejla, il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici tkellem dwar il-proġett tal-MICAS u sostna li fil-ħarifa li ġej se jinfetħu l-bibien ta’ dan l-ispazju ta’ arti kontemporanja internazzjonali.

“Diġà hemm interess kbir fil-MICAS, anke minn artisti barranin. Dan kollu jgħin fis-sostenibiltà. Qed nitkellmu dwar medda ta’ art 13-il tomna fil-Furjana, li bis-saħħa tal-kultura se jingħataw lura lill-pubbliku Malti u Għawdxi, f’binja mill-isbaħ,” qal il-Ministru Bonnici.

Huwa rrikonoxa li dawn kollha huma affarijiet sbieħ li jkomplu jsaħħu l-prodott kulturali Malti u s-sostenibilità. Dan għaliex fi kliemu stess “x’hemm isbaħ milli tuża l-kultura biex issaħħaħ is-sostenibilità ta’ dan il-pajjiż?”

Il-Ministru Bonnici kompla jgħid li fil-ġimgħat li ġejjin se jkun qiegħed jagħti aġġornament b’rabta max-xogħlijiet li għaddejjin fuq dan il-proġett.

Min-naħa l-oħra, huwa enfasizza fuq l-importanza li nsaħħu u nkabbru l-idea li l-kultura tkun il-post tax-xogħol tan-nies. Qal li: “xi ħaġa li timlini b’sens ta’ sodisfazzjon imma li rridu nagħmlu aktar hi li f’temp ta’ ġenerazzjoni l-ammont ta’ nies li jaħdmu full time fis-settur kulturali u kreattiv aktar milli rdoppja.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport