Friday, May 1, 2026

Dimostrazzjonijiet madwar id-dinja f’Jum il-Ħaddiem

Aqra wkoll

Miljuni kbar ta’ ħaddiema bħalissa jinsabu fit-toroq tal-bliet tagħhom madwar id-dinja jipprotestaw għall-kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar.

Il-unjins madwar id-dinja qegħdin jitolbu għas-solidarjetà u protezzjoni tal-ħaddiema hekk kif l-Istati Uniti u l-Iran għadhom għaddejjin bi gwerra bejnithom. Konsegwenza ta’ dan il-unjins qegħdin jgħidu l-ħaddiema qegħdin ibatu minħabba prezzijiet dejjem jogħlew.

“Il-ħaddiema mhux lesti li jħallsu l-prezz tal-gwerra ta’ Donald Trump li qiegħed jagħmel fil-Lvant Nofsani,” qalet il-Konfederazzjoni tat-Trejn Unijns Ewropew. 

Il-Konfederazzjoni tirrappreżenta 93 trejd union f’41 pajjiż. “Id-dimostrazzjonijiet li qegħdin isiru llum juru li l-ħaddiema mhux se joqgħodu għal kollox u jaraw ix-xogħol tagħhom jispiċċa mhedded minħabba l-gwerra,” qalet il-Konfederazzjoni.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport