Saturday, December 21, 2024

Diversi persuni arrestati b’rabta ma’ ħasil ta’ flus

Aqra wkoll

Xhur ta’ investigazzjonijiet intensivi mill-Iskwadra ta’ Kontra l-Ħasil tal-Flus fi ħdan id-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Finanzjarji, wasslet biex fis-sigħat illi għaddew twettqet operazzjoni li fiha ġew arrestati numru ta’ persuni, kemm Maltin kif ukoll Libjani.

Waqt din l-operazzjoni l-Pulizija elevat żewġ vetturi lussuzi, madwar €100,000 fi flus kontanti, ammont konsiderevoli ta’ ġojjellerija u ħwejjeġ tad-ditta, pjanċi ta’ vetturi b’reġistrazzjoni barranija, apparat elettroniku li jinkludi fost oħrajn mobiles, pendrives, kompjuters, tablets u servers u ammont kbir ta’ dokumenti li qed jiġu analizzati.

L-investigazzjonijiet b’rabta ma’ dan il-każ saru b’koordinazzjoni ma’ diversi entitajiet barranin fosthom l-Istati Uniti, ir-Renju Unit, l-Italja u l-Europol.

Dawn il-persuni mistennija jitressqu l-Qorti illum, għall-ħabta tat-8.00p.m., quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberra. Huma se jiġu akkużati b’ħasil ta’ flus, b’assoċċjazzjoni, reati ta’ evażjoni ta’ taxxa, attività finanzjarja mingħajr liċenzja mill-awtorità kompetenti, fost reati oħra.

Ekonomija

Sport