Saturday, December 21, 2024

€58 multa talli daqq mużika għolja fiż-Żurrieq

Aqra wkoll

Jordan Peshevski, Maċedonu ta’ 42 sena residenti Ħal Kirkop ġie mmultat €58 wara li nstab ħati, fost l-oħrajn, li f’Lulju li għadda dejjaq lill-ġirien b’mużika għolja fiż-Żurrieq.

Quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima l-prosekuzzjoni qalet li l-każ seħħ fit-28 ta’ Lulju li għadda meta għal 5.00am kien hemm storbu kbir li kien ġej minn ħanut tal-ikel fi Triq Pietru Pawl Saydon.

Hu kien akkużat li ma obdiex l-ordnijiet tal-pulizija meta talbuh biex jitfi l-mużika u anke biex jagħlaq il-ħanut. Hu anke rrifjuta li jagħti d-dettalji tiegħu lill-istess uffiċjali tal-Pulizija.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mis-Supretendent Christopher Galea Scannura.

Ekonomija

Sport