Sunday, July 19, 2026
Home Sport Elton Vella kowċ ġdid ta’ Għajnsielem FC

Elton Vella kowċ ġdid ta’ Għajnsielem FC

0
22

Elton Vella huwa l-kowċ il-ġdid ta’ Għajnsielem FC. Dan wara li ġie promos minn Head Coch tal-Akkademja għall-Kowċ tat-tim tal-kbar tal-istess klabb.

Kowċ rispettat ħafna fil-futbol Għawdxi, Elton iġib miegħu snin ta’ esperjenza kemm bħala player kif ukoll bħala kowċ. Il-professjonaliżmu tiegħu, l-għarfien tattiku, u l-impenn għall-iżvilupp tal-players kisbulu reputazzjoni eċċellenti.

Fi stqarrija, Għajnsielem FC, qalu li wara x-xogħol eċċellenti tiegħu fl-akkademja tagħhom, il-klabb għandu kull fiduċja fl-abbiltà tiegħu li jmexxi t-tim tal-kbar.

Ta’ nota huwa l-fatt li l-kowċ Elton Vella sentejn ilu, eżattament f’April tal-2024, kien mexxa lil Nadur Youngsters għar-rebħ tal-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tal-Gozo Football League.

Għajnsielem FC awguraw kull suċċess lil Elton fir-rwol il-ġdid tiegħu.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here