Ikkundannat 15-il xahar ħabs fuq pussess ta’ drogi 

Aqra wkoll

Raġel ta’ 36 sena ġie kkundannat 15-il xahar ħabs wara li wieġeb li huwaħati għal akkużi ta’ pussess ta’ droga. 

Il-qorti semgħet kif l-inċident seħħ fil-jiem li għaddew, meta uffiċjali tal-pulizija li kienu qed jagħmlu ronda ġewwa l-Marsa fejn nnutaw lil akkużat bilqiegħda fuq għatba ta’ bieb ħdejn stabbiliment lokali. Kif nnota l-pulizija, l-akkużat immedjatament għalaq idu f’ponn b’mod suspettuż, u dan wassal biex l-uffiċjali jintervjenu.

Minn tfittxija li saret fuqu nstabu disa’ pakketti mimlijin b’sustanza ħadra, suspettata li hija droga sintetika. Huwa ġie arrestat fuq il-post u għażel li ma jikkonsultax ma’ avukat dak il-ħin. Id-difiża ma kkontestatx il-legalità tal-arrest.

Minn tfittxija li saret flimkien ma’ uffiċjal mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga ħaeġ li kellu basktijiet oħra li kien fihom sustanzi oħra, li kienu jindikaw li ma kinux għall-użu personali tiegħu.

Meta deher quddiem il-Maġistrat Tania Sammut, l-akkużat deher anzjuż.  Il-Prosekuzzjoni ppreżentat l-evidenza kkonfiskata lill-qorti, li kienet tinkludi borża bi tliet sigaretti, id-disa’ pakketti tas-sustanza ħadra sintetika, borża li kien fiha sustanza bajda u kannella, kif ukoll €349.50 fi flus kontanti. Huwa wieġeb ħati għall-akkużi kollha miġjuba kontrih.

Il-Prosekuzzjoni nnutat li l-akkużat huwa reċidiv li fil-passat diġà serva sentenzi ta’ ħabs iżda dejjem jerġa jaqa ġol-vizzju meta joħroġ. Huma argumentaw li l-kwantità ta’ droga li nstabet kienet sinifikanti.

Meta ngħata ċ-ċans li jitkellem, l-akkużat ma ġab l-ebda skuża, u ammetta li għandu problema kbira ta’ droga li tiswielu madwar €80 sa €90 kuljum fi drogi għall-użu personali tiegħu.

Huwa spjega li ma rreżistiex l-arrest u li kien ddisprat għall-għajnuna. L-akkużat stqarr li l-vizzju tiegħu aljenah kompletament minn tliet uliedu. 

Minħabba l-ammissjoni bikrija tiegħu, il-kooperazzjoni tiegħu mal-pulizija u t-talba tiegħu għal riabilitazzjoni, il-Maġistrat Sammut ikkundannat lil akkużat għal 15-il xahar priġunerija effettiva.

Il-qorti ħarġet ukoll ordni ta’ trattament għal tliet snin bil-għan li tiġi ndirizzata l-problema tad-droga tiegħu.

Il-prosekuzzjoni tmmexxiet mill-Ispettur Sarah Zerafa. Din il-każ ġiet pprosedut mill-Maġistrata Tania Sammut.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport