Saturday, October 26, 2024

Eluf jattendu għal karnival tan-Nadur

Aqra wkoll

Il-karnival tan-Nadur għal darb’oħra reġa’ ġibed l-eluf ta’ persuni. Il-kreattività ta’ kostumi kienet tidher li ma fiha l-ebda limitu.

Fost il-kostumi li kien hemm fost l-oħrajn spikkaw dawk tal-magni tal-BCRS, Isqof, sorijiet, ħanut tal-cannabis u ħafna oħrajn.

Ma jistax jonqos ukoll il-karrijiet spontanji li jkun hemm fil-pjazza ta’ San Pietru Pawl li wkoll joffru spettaklu kbir.

Fatt interessanti ieħor fin-Nadur hu li fil-bars żgħar li għad hemm fir-raħal jinġabru daqqaqa li jkunu qegħdin idoqq strumenti tradizzjonali.

B’dan il-mod, il-kultura tidħol mal-kreattività tal-eluf ta’ persuni u kulħadd jieħu pjaċir.

Minkejja li attendew l-elud s’issa jidher li ma ġew irraportati l-ebda aċċidenti fil-Karnival.

Sport